Sekwestrati aktar assi ta’ Keith Schembri – iben Daphne

Miguela Xuereb

Read in English.

Matthew Caruana Galizia qal fuq Twitter li kienu sekwestrati aktar mill-assi tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri.

Nhar it-Tnejn li għadda, l-Imħallef Edwina Grima ordnat sekwestru tal-assi tal-eks chief of staff ta’ Joseph Muscat Keith Schembri u ta’ nies affiljati mal-kumpanija Nexia BT, hekk kif ikkonkludiet li hemm raġunijiet biżżejjed ta’ suspett li huma ħatja ta’ ħasil ta’ flus. L-ordni tal-Imħallef, li sar fuq rikjesta tal-Avukat Ġenerali, jikkonċerna aktar minn 40 persuna u numru mhux żgħir ta’ kumpaniji.

Caruana Galizia, iben il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qal fuq Twitter li kienu sekwestrati aktar mill-assi ta’ Schembri wara li l-ewwel sekwestru nstab li kellu xi assi neqsin. Sostna li l-Avukat Ġenerali qed tgħid li l-mod kif inħarġet fil-pubbliku l-ewwel lista ta’ sekwestri kien illegali. Hu kompla jgħid li kieku dan ma sarx, il-pubbliku ma kienx ikun jista’ jikkontrobwixxi l-ismijiet tal-assi li kienu neqsin mil-lista.

Irrimarka li l-ewwel sekwestru ta’ assi kellu neqsin entitajiet li ilhom fid-dominju pubbliku grazzi għax-xogħol tal-ICIJ u ta’ ommu għal kważi ħames snin. Irrimarka li ma kienx sinjal tajjeb li sar dan l-iżball.

Ilbieraħ, Schembri għamel ġurnata arrestat b’rabta mal-inkjesta maġisterjali li twettqet dwar allegat tixħim mill-bejgħ tal-passaporti, iżda lbieraħ filgħaxija nħeles bil-police bail.

Brian Tonna u Karl Cini min-Nexia BT ukoll kienu qegħdin jiġu interrogati mill-Pulizija. Skont l-avukati ta’ Schembri, huwa ġie arrestat għall-ħabta tan-12am. Hu nħeles bil-bail għall-ħabta tad-9.30pm.

Fuq rikjesta tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, l-Imħallef Grima ikkonkludiet li hemm biżżejjed raġuni biex tissuspetta li huma ħatja ta’ reat ta’ ħasil ta’ flus.