Sejjer l-Ingilterra? Maltempata li toqtol in-nies

Partijiet fir-Renju Unit minn ħin għall-ieħor jistgħu jintlaqtu minn maltempata kbira li tista’ toqtol in-nies.

Wara l-Maltempata Ali li ħasdet il-ħajja ta’ żewġ persuni u ħalliet eluf oħra bla dawl fid-djar, il-Maltempata Bronagh se taħkem Wales u u l-Lbiċ tal-Ingilterra l-Ħamis filgħaxija. Il-qawwa tar-riħ hija ta’ 65 mil fis-siegħa.  Is-servizz tal-ferrovija fl-Iskozja, fl-Irlanda ta’ Fuq u fit-Tramuntana tal-Ingilterra qed jibqa’ jiġi interrott.

Uffiċjal meteoroloġiku qal li l-iktar riħ qawwi mistenni jolqot ix-Xlokk tal-Ingilterra fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu. Fakkar fit-twissija ta’ possibilità ta’ ħsarat fuq il-bini, jaqgħu s-siġar u għargħar.