Se tgħaddi jew sejjer lejn Ħal Qormi?

Matul il-ġurnata tal-Ħadd ser jingħata l-asfalt fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi.
Ix-xogħol beda dalgħodu u jibqa’ sejjer tul il-ġurnata kollha sa nofsilejl.
Tul dan il-ħin, it-triq, minn ħdejn ir-roundabout biswit is-supermarket sar-roundabout ta’ ħdejn il-pompa tal-petrol, se tkun magħluqa għat-traffiku kollu, anke t-trasport pubbliku.
Bejn għada u l-Erbgħa se jkunu qed jinżebgħu s-sinjali. Ix-xogħol se jsir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-19:00 u l-5.00 ta’ filgħodu.
Xi xogħlijiet, li ma jaffetwawx it-traffiku ser isiru matul il-jum f’fażijiet biex it-triq tibqa' miftuħa. 
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi. 
Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.