Sejħa urġentissima għad-demm

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm qal li r-riserva tad-demm tbaxxiet għal livell allarmanti u l-pubbliku hu mitlub biex imur jagħti d-demm malajr kemm jista’ jkun.
Minħabba din l-urġenza, illum iċ-Ċentru ta’ G’Mangia ser jiftaħ wara l-ħin, jiġifieri sat-8pm, u jekk ikun hemm bżonn idum iktar.
Intqal li jekk illejla ma jkunx hemm konkorrenza tajba, għadd ta’ pazjenti ser jiġu affetwati ferm ħażin.
Hu importanti li min imur jagħti d-demm fiċ-Ċentru biswit l-Isptar San Luqa, jieħu miegħu l-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jakkumpanjah u jagħti d-demm.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.