Sejħa urġenti għad-demm!

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħareġ sejħa biex kull min hu f’saħħtu jikkonsidra li jersaq biex jagħti d-demm kemm jista’ jkun malajr, possibbilment illum stess, għada jew nhar il-Ħadd li ġej.

Skont is-Servizz Nazzjonali, bħalissa r-riserva tad-demm f’pajjiżna hi pjuttost baxxa u teħtieġ attenzjoni immedjata.

Aktar dettalji dwar l-għoti tad-demm jistgħu jinkisbu minn www.blood.gov.mt  ; www.facebook.com/bloodmalta jew billi wieħed iċempel 80074313.