Sejħa urġenti għad-demm…l-aktar O-positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lid-donaturi kif ukoll lill-pubbliku biex imur jagħti d-demm mill-aktar fis possibbli.
Dan minħabba li l-bank tad-demm qed jaffaċċja domanda qawwija partikolarment għall-grupp tad-demm O-positive. Ir-riserva għal dan il-grupp hi baxxa ħafna u hemm bżonn li tiġi indirizzata b’mod urġenti.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm.  Nhar il-Ħadd li ġej, se jsir għoti tad-demm fid-Dar tal-Arċipriet taż-Żurrieq, maġenb il-knisja parrokkjali bejn it-8.30am u s-1pm.  Se ssir ukoll sessjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn it-8am u s-1pm.