Sejħa urġenti għad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm javża li għandu bżonn urġenti ta’ kull tip ta’ demm, speċjalment demm tat-tip O positive. Importanti li wieħed iżomm f’moħħu kemm hu importanti li l-Bank tad-Demm fl-Isptar Mater Dei, u l-Bank tad-Demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikollhom riżerva tajba ta’ demm minn qabel iseħħ korriment jew aċċident.

Mill-banda l-oħra importanti wkoll li meta dawn iseħħu l-pubbliku jirrispondi bi ħġaru biex ir-riżerva terġa’ titla’ malajr u s-Servizz tas-Saħħa f’kull waqt ikun lest għal dak kollu li jista’ jinqala’ bla mistenni.

Is-Servizz jixtieq jappella wkoll għal ħafna iktar pudenza fis-sewqan u attenzjoni massima għar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-lantijiet tax-xogħol.

L-għoti tad-demm għandu jsir kemm jista’ jkun malajr fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li bħal dejjem jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.

Il-karta tal-identità hi meħtieġa!

Nota: Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. 

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313

Grazzi bil-quddiem tal-koperazzjoni.

Din l-informazzjoni twasslet min-National Blood Transfusion Service Malta.