​Sejħa Urġenti: Demm O positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS) qed jappella b’mod urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm, partikolarment dak O positive.
Skont l-NBTS, il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem wassal għal nuqqas ta’ donazzjonijiet tad-demm li affetwa sew ir-riserva ta’ demm O positive.
Is-Servizz kompla jżid li hemm domanda kbira għad-demm mill-pazjenti morda bil-kanċer, dawk operati, kif ukoll minn dawk korruti. 
Il-pubbliku qed jiġi avżat li donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru llum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa bejn sas-6:00pm.
Importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità. Dawk il-persuni li siefru f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat qed jiġu mitluba jċemplu fuq 80074313 qabel ma jmorru saċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm.