Interessat taqla’ xi ħaġa aktar tal-flus?

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jixtiequ jservu bħala centre supervisors jew inviġilaturi fiċ-ċentri tal-eżamijiet waqt l-eżamijiet tas-SEC, eżamijiet lokali, u eżamijiet oħrajn ta’ barra.
Il-kandidati magħżula għandhom jippreżentaw ċertifikat tal-kondotta li jkun inħareġ sa mhux aktar minn 3 xhur mid-data tas-sejħa tal-applikazzjoni u jrid ikollhom għarfien tal-kompjuters.
Edukaturi kif ukoll amministraturi tal-iskejjel li huma rtirati jingħataw preferenza.
Il-ħlas huwa dak ta’:

  • Eżamijiet tal-MATSEC – SEC €13 għal kull sessjoni/MATSEC €15 għal kull sessjoni.
  • Eżamijiet ta’ barra – €5.30 fis-siegħa

Il-persuni magħżula jingħataw it-taħriġ meħtieġ.
L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Eżamijiet  minn fuq din il-ħolqa.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-Direttur tal-Eżamijiet fuq l-indirizz postali:

Dipartiment tal-Eżamijiet,
Il-Mall,
Triq Sarria,
Il-Furjana FRN1460

Jew inkella b’imejl fuq exams.department@gov.mt.
Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja lid-Dipartiment tal-Eżamijiet b’imejl fuq exams.department@gov.mt jew inkella bit-telefon fuq 2598 2953.