Sejħa oħra mill-PL għan-nisa fil-politika

Wara s-suċċess tal-ewwel sejħa, il-Partit Laburista qed iniedi sejħa ġdida għall-programm ‘LEAD’ sabiex tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u jindirizza l-isfidi reali tan-nuqqas ta’ nisa fil-politika.

Il-Prim Ministru, fisser kif “LEAD mhuwiex sempliċiment programm. LEAD hija viżjoni li rridu li l-mara tieħu l-post li jixirqilha fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.”

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli, koordinatur ta’ dan il-programm, qalet li tinsab “konvinta li t-tieni sena ta’ LEAD se tressaq lejn il-partit Laburista aktar persuni ġodda, persuni li jixtiequ jidħlu fil-politika għal-ewwel darba u fuq kollox, nisa b’esperjenzi differenti li jistgħu jikkontribwixxu ħafna fil-politika lokali.”

Dawk kollha li huma mħajjra jkunu parti minn dan il-programm, jistgħu jagħmlu dan billi jimlew l-applikazzjoni fuq www.lead.org.mt. L-applikazzjonijiet jinfetħu fl-24 ta’ Awwissu 2018 u jingħalqu fit-12 ta’ Settembru 2018.