Sejħa oħra għall-ingaġġ ta’ infermiera

Din il-ġimgħa l-Ministeru tas-Saħħa ħareġ it-tieni sejħa għall-post ta’ staff nurses, wara li ftit tal-ġimgħat ilu kienet saret l-ewwel sejħa.

L-ewwel sejħa kienet saret għal 20 post u kellha l-għan li tattira lil dawk l-infermiera li huma diġa kwalifikati u ta’ esperjenza biex jagħtu servizz fl-istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika.

It-tieni sejħa hija maħsuba biex jimtlew 140 post ta’ staff nurses minn infermiera ġodda li se jkunu qed jiggradwaw fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Ministeru għas-saħħa sostna li se jibqa’ jkun kommess li jħajjar liż-żgħażagħ biex bħala karriera tagħhom jagħżlu mill-opportunitajiet ta’ professjonijiet fil-qasam tas-saħħa, fosthom infermiera.