Sejħa għaż-żgħażagħ li jridu jkunu parti mill-musical Grease

It-Teatru Astra qed isejjaħ lil żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-23 sena li huma interessati li jkunu parti mill-musical Grease.
Dan huwa l-ewwel live musical li se jittella’ f’dan it-teatru, nhar is-Sibt 16 t’April fit-8.00pm.
Din il-produzzjoni se żżewweġ il-mużika u ż-żfin, u se tkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Chris Gatt u d-direzzjoni mużikali tal-Mro Sigmund Mifsud.
Nathalie Scortino se tmexxi l-koreografija u Julie Zahra se tkun il-kowċ tal-vuċi.
L-auditions se jsiru fit-Teatru Astra stess nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar.
Wieħed jista’ jakkwista l-formola tal-applikazzjoni minn www.lastella.com.mt.
Għal iktar informazzjoni jista' jibgħat imejl fuq info@lastella.com.mt jew iċempel fuq 79258096.