Sejħa għaż-żgħażagħ Għawdxin

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin li hija l-organizzazzjoni li tiġbor iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ta' Għawdex, qed toħroġ espressjoni ta’ interess għaż-żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jkunu attivi fl-istrutturi tagħha.
Fi stqarrija, il-Kunsill spjega li din l-espressjoni ta’ interess hi valida għal żgħażagħ li mhumiex involuti f'xi organizzazzjoni taż-żgħażagħ, minħabba bidliet fl-istatut.
GYC jisħaq li dejjem enfasizza diskussjonijiet kostruttivi, trasparenza u opportunitajiet indaqs.
Din is-sejħa hija valida wkoll għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li għadhom mhumiex membri tal-kunsill taż-żgħażagħ ta’ Għawdex.