Sejħa għall-auditions ta’ All Together Now

Wara s-suċċess li nkiseb bil-programm All Together Now ftit żmien ilu, qed issir sejħa għal dawk li huma interessati li jipparteċipaw fit-tieni edizzjoni li se tittella’ fuq Canale 5 fix-xhur li ġejjin.

Michelle Hunziker, flimkien ma’ J-Ax, se tkun qed tmexxi mill-ġdid it-tieni staġun waqt li Roberto Cenci, id-direttur artistiku tal-programm, se jkun qed jieħu ħsieb l-auditions li se jsiru f’Cinecittà f’Ruma s-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru.

Għadhom qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet u dawk interessati għandhom jibgħatu filmat ta’ minuta flimkien mad-dettalji tal-individwu fuq l-indirizz atn@endemolshine.it