Sejħa għall-atturi għal produzzjoni televiżiva ġdida

Storja ta’ Storja hija sensiela ta’ tmien dokumentarji li se tkun qed tinħadem għat-televiżjoni u li għaliha qed issir sejħa għal atturi, kemm b’xeni ta’ parlant, kif ukoll atturi sekondarji u extras.

Din hija produzzjoni ta’ Sajjetta kkummissjonata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u li se tkun qed tiċċelebra tmien awturi, li se jiġu dramattizzati xi xogħlijiet tagħhom.

L-awturi li se jkunu qed jiffurmaw parti minn din is-sensiela huma Alex Vella Gera, Clare Azzopardi, Alfred Sant, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Loranne Vella, Walid Nabhan u Lou Drofenik. 

Din is-sensiela għandha produzzjoni u direzzjoni ta’ Charlie Cauchi u Martin Bonnici, bi stejjer addattati mill-awtur Teodor Reljic.

Dawn interessati jistgħu jidħlu fis-sit www.storjatastorja.com u jaraw x’partiijiet jixtiequ japplikaw għalihom jew inkella jibgħat CV b’ritratt fuq l-indirizz elettroniku casting@storjatastorja.com