Sejħa għall-artisti Maltin biex jiddiżinjaw il-cooler tar-Red Bull

Artisti lokali ta’ stili differenti għandhom l-opportunità li jiddiżinjaw mill-ġdid il-coolers tar-Red Bull. Dan bħala parti mit-tieni edizzjoni tal-proġett Red Bull Curates: Canvas Cooler.
L-10 artisti li se jintgħażlu biex jipparteċipaw f’dan il-proġett se jiġu assenjati f’bars moderni madwar il-Belt Valletta u b’hekk ikunu jistgħu joħolqu kapulavuri individwali.
Dawn id-disinji mbagħad se jgħinu fit-tibdil tal-coolers tar-Red Bull u possibilment jinżammu mill-bars stess.
Dawk kollha li huma nteressati jipparteċipaw jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom sal-aħħar ta’ Jannar.
Ir-rebbieħa jintgħażlu wara l-għeluq tal-applikazzjonijiet u se jkollhom madwar xahrejn biex itemmu l-kapulavuri tagħhom.
Dawn imbagħad jiġu esibiti fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, f’Marzu tal-2018.