Sejħa għal tender internazzjonali għall-pipeline bejn Malta u Sqallija

Il-Unit tal-Enerġija Sostenibbli u l-Konservazzjoni tal-Ilma fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa għadu kif ħareġ tender internazzjonali b’rabta mal-pipline tal-gass bejn Malta u Sqallija.
Ir-rebbieħ tat-tender se jkollu r-responsabilità li permezz ta’ studju jidentifika spazju ta’ 1.2 kilometru f’kuritur bejn iż-żewġ pajjiżi.
Se jkun responsabbli ukoll li joħroġ stima tal-ispejjeż li se jkunu nvoluti f’dan il-proġett.
Huwa mistenni li l-istudju jdum għaddej 18-il xahar.