Sejħa għal suldati li rtiraw

Il-Forzi Armati ta’ Malta nedew skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari.

Din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu biex jirtiraw u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin li temmew is-servizz tagħhom. Membri li jagħmlu parti mill-VRF se jiġu assigurati numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa kif ukoll iżommu l-grad u s-salarju tagħhom għal kull siegħa xogħol.

Il-membri li jidħlu għal din l-iskema se jiġu assenjati skont l-esiġenzi tas-servizz u skont il-ħiliet individwali tal-persuna.