Sejħa għal investigazzjoni fuq l-abbuż tal-Eks Kardinal McCarrick

Investigazzjoni abbuz Isqof McCarrick
Reuters

Il-Konferenza tal-Isqfijiet sejħet għal tfittxija minn investigaturi mmexxija mill-Vatikan fl-allegazzjonijiet tal-abbuż sesswali tal-eks Kardinal ta’ Washington, Theodore McCarrick, li rreżenja x-xahar li għadda.

Din is-sejħa saret jumejn wara li ġurija f’Pennsylvania ppubblikat is-sejbiet mill-akbar każ ta’ abbuż sesswali fil-Knisja Kattolika, li 301 qassis fl-istat kienu abbużaw minn aktar minn 1000 minorenni fl-aħħar 70 sena.

“Ikun xi jkun li joħroġ mill-investigazzjoni fil-każ ta’ McCarrick jew ta’ Pennsylvania, diġà nafu li waħda mir-raġunijiet ewlenin hi l-falliment tat-tmexxija episkopali,” qal il-Kardinal Daniel DiNardo.

DiNardo diġà lissen id-dispjaċir u l-mistħija tiegħu fil-konfront ta’ dan il-każ. Il-Papa qal li l-każ ta’ Pennsylvania huwa “tal-mistħija u ta’ diqa.”