Sejħa għal bini ta’ marina f’Sa Maison

L-operat tal-Gozo Channel f’Maison se jittieħed f’post alternattiv wara li Transport Malta se toħroġ sejħa ta’ interess biex tinbena marina għall-jottijiet f’Sa Maison.
Dan tħabbar fi stqarrija ta’ Transport Malta fejn l-Awtorità sostniet li laħqet ftehim mal-Forzi Armati ta’ Malta biex il-bażi tersaq iktar ‘il ġewwa biex ikun hemm iżjed spazju għal dan l-iżvilupp.
Din il-konċessjoni se tingħata għal 25 sena u l-marina flimkien mal-faċilitajiet kollha se tkun qed takkomoda 240 jott.
Il-marina trid topera fuq standards internazzjonali filwaqt li l-operat irid jinvesti wkoll fit-tisbiħ tal-inħawi u lqugħ għal kontra l-elementi.
Is-sottomissjoni se jibdew mit-Tlieta 23 ta’ Settembu li ġej.
Transport Malta sostniet fl-istqarrija li f’Malta hawn domanda kbira għal iżjed marina għall-jottijiet.