Sejħa għal atturi u extras għal produzzjoni barrannija

Ritratt: Laura Lee Moreau

Qed issir sejħa għal atturi rġiel u extras għal produzzjoni barrannija li se tkun qed tinġibed f’pajjiżna bejn id-19 u t-30 ta’ Awwissu. Ix-xeni li se jinġibdu se jkunu dawk ta’ battalja u se jingħataw prijorità dawk ta’ bejn l-20 u l-40 sena u li jkollhom il-leħja.

L-atturi se jintgħażlu wara li jsiru l-auditions nhar l-1 ta’ Awwissu.

Dan se jkun xogħol bi ħlas, u dawk interessati għandhom jibgħatu ritratt kif ukoll informazzjoni fejn jiġu kkuntattjati fuq l-indirizz elettroniku production@sharpshootmedia.com jew inkella jista’ jċempel fuq 27054915 waqt il-ħin tal-uffiċju.