Sejħa għal atturi mill-MADC għal produzzjoni fit-Teatru Manoel

Wara r-rispons b’saħħtu li kien hemm għas-sejħa għal atturi biex jagħmlu l-auditions għal The Importance of Being Ernest ta’ Oscar Wilde, l-MADC ħabbru li qed jagħmlu t-tieni sejħa għal atturi peress li għadu ma’ ntgħażilx min se jinterpreta l-karattru ta’ Jack Worthington.

Għalhekk qed  issir sejħa għal atturi rġiel ta’ bejn l-20 u l-40 sena, b’diction tajba tal-Ingliż u preżenza tajba għal fuq il-palk.

L-auditions se jsiru nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju mill-4.30pm ‘il quddiem fit-Teatru Manoel f’Room 1A. L-entratura hija minn 81, Triq iz-Zekka (Old Mint Street), Valletta.

L-atturi magħżula jridu jkunu kollha reġistrati bil-VAT.

Dawk kollha interessati huma mitluba jibbukkjaw il-ħin għal audition tagħhom billi jibgħatu email fuq l-indirizz elettroniku info@madc.com.mt

Wara jintbagħat ukoll l-audition pack.

The Importance of Being Ernest se tittella’ fit-Teatru Manoel bejn il-31 ta’ Jannar u d-9 ta’ Frar 2020. Id-direzzjoni se tkun ta’ Malcolm Galea.