Sejħa għal atturi extras għal F’Ġieħ L-Imħabba

Francesca Scerri u Aaron Fenech f'xena mill-ewwel puntata tat-tieni staġun ta' F'Ġieħ L-Imħabba

Rewind Productions li tipproduċi s-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba qed tagħmel sejħa għal atturi extras għal xena li se tkun qed tinġibed nhar il-Ħamis li ġej.

Għal din ix-xena partikolari li se tinħadem għall-ħin ta’ nofsinhar fl-Aħrax tal-Mellieħa hemm bżonn ħames irġiel.

Dawk interessati għandhom iċemplu lil Adrian Saliba fuq 79007476.

Ir-repetizzjonijiet tal-ewwel staġun mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba qed jixxandru bħalissa kull nhar ta’ Erbgħa fuq TVM b’żewġ episodji kull darba. Mit-29 ta’ Settembru jibdew l-episodji l-ġodda li din is-sena se jkun qed jixxandru fuq TVM nhar ta’ Tlieta.

Rewind se jkunu qed iwasslu wkoll it-tieni staġun ta’ Sorelle, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-29 ta’ Settembru. Minn dan l-istaġun Sorelle se jkun qed jixxandar fl-3.45pm minflok fil-ħin ta’ 3pm.

Rewind huma wkoll il-produtturi tas-sensiela Manwela li bħalissa qed terġa’ tixxandar fuq l-istazzjon Melita More, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.15pm. Bħalissa għaddej l-ewwel staġun u min-nofs Settembru se jibdew l-epiosdji tat-tieni staġun.