Sejħa għal aktar Basic Specialist Trainees u GP Trainees

Il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi (PSC) laqgħet it-talba li saret mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Tobba (MAM) flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa  li terġa’ tinfetaħ mill-ġdid is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ Basic Specialist Trainees u GP Trainees. It-talba ntlaqgħet fuq kundizzjoni li min kien diġà applika m’għandux għalfejn jerġa’ japplika.
Il-MAM u d-Dipartiment tas-Saħħa jemmnu li għandu jkun hemm level opportunitajiet ugwali bbażati esklussivament fuq il-mertu biex dan jirriżulta fl-aħjar għażla, u l-pazjent ikun garantit l-aħjar servizz.