Sejħa għad-demm; “Ma nistgħux ngħidu li sal-lejla se jkollna biżżejjed”

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħareġ sejħa għad-donazzjonijiet tad-demm, partikolarment għad-demm tat-tip A positive, A negative, O positive u O negative.

Din l-informazzjoni taha Tony Micallef, li hu infermier fiċ-Ċentru, lil Newsbook.com.mtu żied jgħid li minkejja li l-konkorrenza hi tajba, ma jistgħux jiggarantixxu li sa filgħaxija stess is-sitwazzjoni tibqa’ l-istess.

Iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm. Il-pubbliku hu infurmat li minħabba li bħalissa qegħdin isiru x-xogħlijiet fi Pjazza San Luqa, dawk in-nies li jmorru biex jagħtu d-demm għandhom permess jipparkjaw f’kull parti tal-pjazza. Dawn għandhom jiksbu l-permess meħtieġ mir-reception taċ-Ċentru u jagħmluh mal-ħġieġa tal-karozza.