Sejħa biex Ċipru jnaqqas il-piż ta’ taxxa minn fuq l-investituri ż-żgħar

Il-Ministri tal-Finanzi fiz-zona Ewro għamlu sejħa lil Ċipru sabiex inaqqas il-piż ta’ taxxa ta’ darba fuq investiment fil-banek fuq l-investituri ż-żgħar.

Skont ftehim milħuq dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali, kien hemm qbil li l-għajnuna ta’ 10 biljun ewro tkun marbuta ma taxxa ta’ 6.7 fil-mija fuq tifdil sa’ mitt elf ewro. Dan ġab għadab kbir fost iċ-Ċiprijotti fil-pajjiż.

Il-Banek f’Ċipru se jibqgħu magħluqa sa nhar il-Ħamis, hekk kif qed isiru sforzi biex jiġu riveduti l-kundizzjonijiet. Vot fil-Parlament Ċiprijott dwar dan is-self u l-kundizzjonijiet marbutin miegħu kien pospost diversi drabi u issa se jittieħed illum. Dawk li għandhom iktar minn mitt elf ewro f’tifdil fil-banek hemm taxxa ta’ 9.9 fil-mija.