Sejba tad-droga qrib il-pixkerija

Mara ta’ 30 sena ġiet arrestata fl-akwati tal-pixkerija fil-Belt Valletta peress li kellha d-drogi fuqha.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arrest sar illum fl-10.30am. Il-mara ta’ 30 sena residenti l-Imsida twaqqfet meta kienet fil-vettura tagħha. Wara li saret tfittxija l-Pulizija sabet 72 pakkett b’sustanza suspettata li hija kokaina u eroina.

Il-mara ttieħdet fil-lockup tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Il-mara se titressaq il-Qorti għada akkużata bil-pussess tad-droga eroina u kokaina bl-intenzjoni li titraffika d-droga.