Sejba tad-droga fis-Swatar; raġel arrestat

Raġel jinsab arrestat wara li l-Pulizija sabu 20 kilogramma f’residenza fis-Swatar.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel ġie ta’ 31 sena minn Birkirkara ġie arrestat dalgħodu wara jiem ta’ osservazzjoni mill-Pulizija.

Minn tfittxija li saret fil-garaxx, instabet id-droga, li kienet kemm fil-garaxx stess u kif ukoll f’karozza li kien hemm ġewwa l-istess garaxx. Instab ukoll taser gun u arma li taqta’ u bil-ponta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada u jkun akkużat bil-pussess tad-droga mhux għall-użu esklussiv tiegħu u li kellu fil-pussess tiegħu strument li jaqta’ u bil-ponta u taser gun mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija.