Sejba ta’ sigaretti u tabakk bil-kuntrabandu

Id-Dwana għamlet sejba ta’ 12,200 sigarett u 168 kilo ta’ tabakk tax-shisha li fuqhom hemm madwar €24,700 f’dazju tas-sisa u taxxi oħra.
Is-sejba saret fil-jiem li għaddew wara tfittxija li saret fuq bastiment Libjan li wasal Malta minn Tripli.
Jirriżulta li wara tfittxija f’diversi partijiet tal-bastiment, instabu 12,200 sigarett u 168 kilo ta’ tabakk tax-shisha, bl-intenzjoni li jiddaħħlu f’Malta bil-kuntrabandu.
Is-sigaretti, it-tabakk tax-shisha u l-bastiment ġew miżmuma mid-Dwana għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li l-Pulizija ġew mgħarrfa bil-każ.
Ilbieraħ fil-qorti, il-kaptan ta’ MV Shada, Jamal Saleh Sabai, sostna li dan kien “żball ġenwin”.