Sejba ta’ kokaina f’Għawdex; raġel arrestat

Instabu 121 qartas bi trab abjad, issuspettata droga kokaina, instabu f’post tad-divertiment f’Għawdex. Raġel ta’ 28 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex qed jinżamm arrestat.

Fuq ir-raġel u fir-residenza tiegħu instabu wkoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri ordnat inkjesta dwar il-każ u ħatret diversi esperti biex jasssistuha. Iż-żagħżugħ mistenni jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.