Ritratti: Sejba ta’ kokaina b’valur ta’ €10 miljun

Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana għamel sejba tad-droga kokaina b’valur ta’ €10.26 miljun.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li s-sejba tal-91.2 kilo kokaina saret illum waqt spezzjonijiet ta’ rutina fil-Port il-Ħieles.

Intqal li d-droga nstabet f’żewġ refridgerated containers ġejjin minn rotta magħrufa bħala waħda riskjuża. Wara l-iscans preliminari ġie indikat li kien hemm pakketti moħbija fil-containers li kienu qed iġorru l-frott.

B’kollox instabu 76 pakkett kokaina. Il-containers kienu ġejjin mill-Amerka t’Isfel u kienu sejrin “lejn pajjiż fl-Unjoni Ewropea”.

Fl-ewwel container instabu 38 pakkett kokaina – piż ta’ 45.6 kg b’valur ta’ €5.13 miljun. Fit-tieni container instabu wkoll 38 pakkett kokaina bl-istess piż u valur.

Id-Dwana għaddiet il-każ lill-Pulizija. Infetħet ukoll inkjesta maġisterjali.