​Sejba ta’ kilo u nofs droga; raġel arrestat

Raġel ta’ 54 sena ġie arrestat wara li nstab b’madwar kilo u nofs ta’ sustanza bajda suspettata kokaina.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li wara diversi jiem ta’ osservazzjoni f’Buġibba, l-iskwadra ta’ kontra d-droga wasslet għall-arrest tar-raġel Olandiż.
Il-Pulizia kompliet bi tfittxija ġor-residenza tiegħu f’Buġibba fejn instabu oġġetti relatati mad-droga u ammont ta’ flus kontanti.
L-Olandiż qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin u mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu.