Sejba ta’ għasafar mejta; 2 arrestati

F’Ħal Balzan, instab tajr mejjet kif ukoll xi affarijiet relatati mal-ibbalzmar tal-għasafar. Marbuta ma din is-sejba, ġew imkelma u arrestati mill-Pulizija missier u iben. Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija.

Is-sejba saret fid-19 ta’ Settembru u fuq il-post instabu tnax-il għasfur mejjet, fosthom Kuċċard protett. Dan jindika li lkoll kemm huma nqatlu f’an l-istaġun tal-kaċċa stess. Il-missier u ibnu huma magħrufa li jorganizzaw mawriet fl-Afrika għal kaċċaturi Maltin.

Dan ma kienx l-ewwel każ fejn dawn iż-żewġ persuni xellfu diffrejhom mal-liġi. Erba’ snin ilu kienu meħdua quddiem il-qorti hekk kif f’darhom instabu ajkli protetti.