Sejba ta’ €35,800 mhux dikjarati fl-ajruport

Read in English.

Uffiċjali tad-Dwana sabu €35,800 mhux dikjarati fil-bagalja ta’ passiġġier fl-ajruport ta’ Malta.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li kelb tagħha għamel is-sejba.

B’kollox ġew elevati €35,839 fil-bagalja tal-passiġġier. Dawn kienu jinkludu ċekk ta’ aktar minn €12,000.

Il-Pulizija arrestat lill-passiġġier. Huwa mistenni li jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.