Read in English.
Uffiċjali tad-Dwana sabu aktar minn €22,000 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).
Fi stqarrija d-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja.
Intqal li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu fuqu meta daħal Malta. Il-kelb tad-Dwana Stan, indika li jista’ jkun hemm xi ħaġa llegali fuq il-passiġġier. Il-flus instabu fil-bagalja tal-kabina tiegħu.
Il-passiġġier kellu jħallas multa.