​Sejba ta’ droga ma’ konsenja souvenirs

Raġel ta’ 27 sena ġie arrestat wara sejba tal-pjanta kannabis f’konsejna ta’ souvenirs.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-arrest sar f’ħidma konġunta bejn id-Dwana u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Ir-raġel arrestat huwa Etjopjan residenti l-Imsida.
Il-konsenja ta’ souvenirs intbagħtet mill-Etjopja. Moħbija taħt dawn l-oġġetti nstabu diversi boroż tal-plastik jikkontjenu l-pjanta kannabis b’ammont ta’ kważi 3 kilos.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada akkużat bil-pussess u importazzjoni tal-pjanta kannabis.