Sejba ta’ droga kannabis waqt roadblock f’Għawdex

Raġel ta’ 26 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, kien arrestat wara li nstab li kellu d-droga kannabis.

Jirriżulta li waqt roadblock li sar matul il-lejl li għadda f’Għawdex, ir-raġel twaqqaf għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ dalgħodu fi Triq ir-Rabat, Żebbuġ, Għawdex.

Filwaqt li fil-karozza tar-raġel instabu xi affarijiet relatati mad-droga, id-droga kannabis instabet fl-appartament tiegħu ftit tal-ħin wara.