Sejba ta’ droga fil-Marsa

Ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija ħallew il-frott mixtieq hekk kif numru ta’ persuni ġew arrestati wara sejba ta’ droga.
Din id-droga, li kienet tikkonsisti f’eroina, kokaina u reżina tal-kannabis, instabet f’boroż żgħar fi stalel fil-Marsa.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Il-persuni arrestati se jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjin.