Sejba ta’ droga f’San Ġiljan

Raġel li kien se jibda jagħmel xi xogħlijiet fix-xaft ta’ appartamenti f’Pender Place f’San Ġiljan sab numru ta’ boroż li fihom kien hemm id-droga, fosthom ammont konsiderevoli ta’ droga kokaina.

Meta ra hekk ir-raġel avża lill-Pulizija bis-sejba li kien għamel.

Il-Pulizija marret fl-appartment minn fejn setgħu tpoġġew il-boroż fix-xaft fejn kien qed joqgħod, Rosario Caruso ta’ 40 sena minn Katanja fi Sqallija.

Miegħu kien hemm ukoll tfajla Bulgara ta’ 25 sena.

Mit-tfittxija li saret fl-appartament, il-Pulizija elevat aktar droga kif ukoll boroż oħra bid-droga f’xaft ieħor fuq in-naħa ta’ wara tal-appartamenti.

L-Isqalli u l-Bulgara ġew arrestati u mistennija li jitressqu l-Qorti.