Sejba ta’ 600 gramma kannabis; 3 arrestati

Tliet persuni ġew arrestati wara sejba ta’ 600 gramma kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ filgħaxija arrestat żewġt irġiel, wieħed ta’ 39 sena residenti Raħal Ġdid u ieħor ta’ 56 sena residenti Wied il-Għajn. Huma kellhom ħames blokok allegatament raża tal-kannabis. Wara aktar investigazzjonijiet, ġiet arrestata wkoll mara ta’ 39 sena minn Wied il-Għajn. Il-Pulizija qalet li mhux eskluż li l-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.