Sejba ta’ 10 iġsma f’vettura fil-Messiku

Reuters

Read in English.

Il-prosekuturi fil-Messiku qed jinvestigaw is-sejba ta’ vettura maħruqa li kien fiha 10 iġsma umani fl-istat ta’ Guerrero, skont l-awtoritajiet.

Skont ir-Reuters, il-Pulizija għamlet is-sejba makabra fi triq fil-muniċipalità ta’ Chilapa de Alvarez wara li resident raw vettura taqbad u ċemplu għall-għajnuna.

Għadu mhux ċar għalfejn beda n-nar.

Skont raporti fil-midja, il-vittmi kienu rġiel u żgħażagħ minn grupp mużikali li ġie attakkat minn persuni armati minn cartel tad-droga.