Sejba kbira ta’ droga fuq ajruplan tal-Air France f’Pariġi

Aktar minn 1.3 tunnellati ta’ droga kokaina nstabu abbord ajruplan tal-linja tal-ajru Air France li wasal fl-ajruport Charles de Gaulle f’Pariġi minn titjira mill-Venezuela.

Hu mifhum li d-droga nstabet ippakkjata fi tletin bagalja nhar il-11 ta’ Settembru, iżda d-dettalji kienu żvelati biss ftit tas-sigħat ilu.

Il-Ministru tal-Intern Franċiż Manuel Valls sostna li din kienet l-akbar sejba ta’ droga li qatt saret f’Pariġi.

Intqal li sitt persuni ġew arrestati, bid-droga kienet se tinbiegħ għal madwar €200 miljun.