Sejba kannabis mill-Ġermanja għal San Ġiljan

Id-Dwana għadha kemm għamlet sejba kannabis minn fuq vapur tal-merkanzija li kien ġej mill-Ġermanja sabiex jintbagħat f'post f'San Ġiljan.
Dan seħħ mill-uffiċjali tad-dwana stazzjonati f’Ħal Luqa waqt li kienu qed jagħmlu l-ispezzjonijiet tagħhom fil-pakketti lesti sabiex jinġabru mill-kurrieri.
L-iskwadra tal-Pulizija ta’ kontra d-droga ġiet infurmata bil-każ u bdiet l-investigazzjonijiet tagħha.