Segwi ‘live’: London Web Summit

F’Londra, bħalissa qed jitlaqqa’ summit ta’ kumpaniji fil-qasam tat-teknoloġija.

Ir-rappreżentanti tal-mijiet ta’ kumpaniji qed jieħdu sehem fis-summit li qed jiddiskuti l-futur ta’ dan il-qasam. Fil-fatt qed jieħdu sehem kumpaniji li għadhom fil-bidu kif ukoll oħrajn stabbiliti.

Tim Kay, kelliem waqt is-summit qal li dan l-avveniment għandu jservi ta’ pedament għall-iżvilupp tat-teknoloġija fl-Ewropa.

Fis-summt, li hu mqassam f’31 sessjoni, qed jieħdu sehem madwar 60 kelliem differenti. Aktar minn 2,000 persuna qed jattendu għal dan is-summit.