Segwi ‘live’: L-aħħar sigħat tal-Pontifikat ta’ Benedittu XVI

Wara tminn snin fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika, Benedittu XVI wasal fit-tmiem tal-Pontifikat tiegħu.

Mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar sat-tmienja ta’ filgħaxija, l-attenzjoni tad-dinja tinsab fuq il-Vatikan u Kastell Gandolfo, ir-residenza ta’ Benedittu XVI għax-xahrejn li ġejjin.

Agħfas fuq il-buttuna ‘audio_ger’ biex tagħżel il-lingwa li biha tixtieq tisma’ il-kummentarju.

L-aħħar dehra fil-pubbliku ta’ Benedittu XVI bħala Papa kienet l-aħħar tislima li għamel liċ-ċittadini u lill-awtoritajiet ta’ Castel Gandolfo.

Fit-tmienja ta’ filgħaxija jintemm uffiċjalment il-Pontifikat tiegħu: il-gwardji Svizzeri jitilqu minn Kastell Gandolfo, fil-Vatikan jiġi ssiġillat l-appartament tal-Papa u jinqered iċ-ċurkett, kif inhi l-proċedura meta jmut Papa.