Segwi ‘live’: Illejla l-85 edizzjoni tal-Oscars

Iċ-ċerimonja tal-lejla minn Hollywood hija il-85 edizzjoni tal-Academy Awards. Il-film Argo mistenni jirbaħ l-award għall-best picture. Daniel Day-Lewis, li jinterpreta l-parti ta’ Abraham Lincoln fil-film storiku Lincoln, huwa l-favorit għall-aħjar attur. L-attriċi Anne Hathaway hija fost il-favoriti għall-best supporting actress għall-parti li hadmet fil-film Les Miserables. Il-bqija tal-kategoriji huma aktar miftuħa bil-ħames nominati għall-best supporting actor kollha rebħu Oscars darb’ oħra.

Segwi ‘live’ fuq Newsbook il-wasla tal-atturi fuq ir-red carpet, u ċ-ċerimonja tal-Oscars.