Segwi LIVE il-quddiesa tal-Papa Franġisku f’Lampedusa

Il-Papa Franġisku jinsab fi żjara f’Lampedusa fejn anke wara vjaġġ bid-dgħajsa biex jasal Lampedusa bil-baħar, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ immigranti li kienu qed jistennewh fix-xatt.

Il-Papa Franġisku poġġa kuruna fil-port ta’ Lampedusa li tissimbolizza l-memorja ta’ eluf ta’ immigranti mill-Afrika li tilfu ħajjithom wara li ma rnexxilhomx jaslu fil-gżira ċkejkna, qawwijin u sħaħ, fuq id-dgħajjes iffullati.

L-għażla ta’ Lampedusa bħala l-ewwel vjaġġ uffiċjali tal-pontifikat jissimbolizza l-ħidma ta' Papa Franġisku li poġġa l-foqra u dawk batuti fiċ-ċentru filwaqt li ħeġġeġ lill-Knisja sabiex tirritorna bil-missjoni tagħha li sservihom.

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Ewkaristija u hu mistenni jżur ukoll il-parroċċa ta’ San Gerlando. Il-Papa mistenni jkun lura l-Vatikan għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ wara nofsinhar.