Segwi l-filmati: Il-Prim Ministru l-ġdid jintlaqa’ minn folla enormi quddiem Kastilja

Wara li ngħata l-ġurament biex iservi bħala Prim Ministru, Dr Joseph Muscat baqa’ sejjer lejn Kastilja fejn daħal l-ewwel darba bħala Prim Ministru.

Kif juru l-filmati, il-Prim Ministru l-ġdid intlaqa’ minn folla enormi bi bnadar tal-Partit Laburista u oħrajn ta’ Malta.

Wara li Dr Muscat daħal f’Kastilja u ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ dawk li jaħdmu f’Kastilja, hu sellem lill-folla mit-tieqa prinċipali ta’ Kastilja.

Qabel il-wasla tal-Prim Ministru, waslu f’Kastilja l-amministrazzjoni tal-Partit u diversi Membri Parlamentari ġodda.

B’sorpriża, kien hemm ukoll l-ex deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando li ntlaqa’ minn ċapċip u daqq ta’ ħornijiet.