Segwi l-filmat: Zuntier jinbidel f’Golgota tax-xemgħat

Fil-lejl tal-Ħamis ix-Xirka, iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi se jiddawwal b’mixgħela li turi x-xena tal-golgota. Din il-mixgħela tinvolvi madwar 3,000 xemgħa. Din mhix l-ewwel darba li saret, b’xenarji differenti kull sena. Fil-passat kienu saru mixgħela bi kwadru tad-duluri u r-redentur (Ara r-ritratti). Ħadna l-kummenti tal-organizzaturi, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, li qalu kif l-għan prinċipali kien li min ikun qed jagħmel is-seba’ visti, jidħol f’ambjent aktar spiritwali hu u jkun dieħel fil-Knisja parrokkjali. Għexieren ta’ żgħażagħ kienu ilhom jaħdmu fuq din il-mixgħela għal bosta ġimgħat. Huma bdew jarmawha llum, b’uħud minnhom mis-6am. Fl-istess parroċċa, nhar il-Ħadd wara l-purċissjoni tal-Irxoxt se tinqasam l-akbar figolla f'Malta.