Segwi l-filmat: L-ewwel telephone box mimlija bil-kotba f’Malta

Tagħti ktieb u tieħu ieħor. Dan huwa l-kunċett tal-Book Box, li ġie mniedi il-Ġimgħa wara nofsinhar f’Ħal Qormi.

Din kienet inizzjattiva ta’ grupp ta’ żgħażagħ, li wara li raw dan isir barra minn Malta, bdew jaħdmu biex din l-idea tasal f’Malta wkoll.

Tkellimna ma’ Roberta Genovese, il-moħħ wara dan il-kunċett ta’ Book Box. Qalet kif flimkien mal-Kunsill Lokali Qormi, ittieħdu diversi miżuri biex kemm jista jkun ma jkunx hemm vandaliżmu jew serq ta’ kotba. Dan jinkludi l-installazzjoni ta’ CCTV cameras mal-ġnien.

Huwa maħsub biex fil-futur qarib, tinfetaħ it-tieni Book Box f’Ħal Qormi. Għaddejja ħidma wkoll biex jinfetħu aktar f’lokalitajiet oħra.

Il-Book Box tinstab fi ġnien Federico Maempel, Ħal Qormi, quddiem skola primarja.

Il-Kunsill Lokali biddel parti minn dan il-ġnien f’żona ta’ tagħlim, għall-użu tal-għalliema u l-istudenti tagħhom. Is-sindku Rosianne Cutajar qalet li dan il-proġett huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu.

Waqt it-tnedija tal-proġett, intqal kif il-kunsill lokali se jkun qed japplika għal diversi skemi tal-gvern u fondi tal-Unjoni Ewropea biex jitkomplew aktar proġetti futuri tal-Book Box.

Ritratti u Filmat: Daniel Balzan